Weightlifting
Weightlifters Maltin fil-Weightlifting ELEIKO International

Weightlifting: L-Atleta Yazmin Zammit Stevens ikklassifikat fl-ewwel post fil-kategorija tad-69kilo minn total ta’ 51 atleta fil-grupp tagħha waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tournament tal-Weightlifting ELEIKO International.

F’Din il-kompetizzjoni ħadu sehem ‘il fuq minn 700 atleta li rrapreżentaw l-Awstralja, New Zealand, Nauru, Kiribati, il-Finlandja, Kanada, u l-Afrika t’Isfel fost l-oħrajn. Zammiot Steven refgħat total ta’ 185kilo.

Riżultati rispettabbli oħra minn dan it-tournament waslu inn Elisia Scicluna li kkompetiet fil-kategorija tad-90kilo, fejn spiċċat fil-raba’ post minn total ta’30 atleti. Tenishia Thorton ta 12-il sena, li tiżnen biss f’41kilo spiċċat fit-8 post fil-kategorija ta’ 48kilo.

L-Atleta tal-crossfit Roberta Tabone li riċentament qabdet l-isport tal-weightlifting spiċċat fl-10 post fil-kategorija ta ’69kilo b’total ta’ 164kilo.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Weightlifting

Weightlifting: Il-Weightlifter Yazmin Zammit Stevens irnexxielha tilħaq it-tragward tagħha li tiġbor erbat elef ewro sabiex tibda tikkompeti f’kompetizzjonijiet uffiċjali li bihom tista’ tikkwalifika għall-Olimpijadi ta’ Tokjo 2020. F’post li tellgħat…

Aktar