Weightlifting
Weightlifting – aktar riżultati tajbin barra l-pajjiż għal Yazmin Zammit Stevens

Fil-Weightlifting, riżultati pożittivi minn Yazmin Zammit Stevens fil-Logħob Mediterranju f’Tarragona.

L-atleta ta’ 25 sena kienet qed tikkompeti fil-kategorija ta’ 69kilo flimkien ma’ wħud mill-aqwa atleti fid-dinja.

Zammit Stevens kellha sfida tajba u spiċċat fil-ħames post fis-Snatch u fis-sitt post fil-Clean & Jerk biex kisret ir-rekords nazzjonali preċedenti, erba’ darbiet fil-proċess.

Jesmond Caruana, il-kowċ ta’ Yazmin akkumpanjaha f’dan il-Logħob u kien ferm kuntent bir-riżultati miksuba.

Issa Zammit Stevens tibda programm ta’ taħriġ ġdid bit-tama li tikkompeti fil-Kampjonati tad-Dinja li se jsiru aktar tard din is-sena, din tkun l-ewwel darba li atleta Maltija tikkompeti fil-Kampjonat Dinji tal-weightlifting.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Weightlifting

Weightlifting: Il-Weightlifter Yazmin Zammit Stevens irnexxielha tilħaq it-tragward tagħha li tiġbor erbat elef ewro sabiex tibda tikkompeti f’kompetizzjonijiet uffiċjali li bihom tista’ tikkwalifika għall-Olimpijadi ta’ Tokjo 2020. F’post li tellgħat…

Weightlifting

Weightlifting: L-Atleta Yazmin Zammit Stevens ikklassifikat fl-ewwel post fil-kategorija tad-69kilo minn total ta’ 51 atleta fil-grupp tagħha waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tournament tal-Weightlifting ELEIKO International. F’Din il-kompetizzjoni ħadu sehem…

Aktar