Weightlifting
Weightlifting: Cristina Iovu akkużata b’doping għat-tielet darba fil-karriera

Cristina Iovu, il-weightlifter li fl-aħħar snin ikkompetiet għal tliet pajjiżi differenti, hi fost tmien atleti li ħabbret il-Federazzjoni Internazzjonali tal-weightlifting, akkużati b’susanti projbiti.

Iovu, ta’ 26 sena, issa qed tkun akkużata b’doping ma’ tliet pajjiżi differenti, il-Moldova, l-Ażerbajġan u r-Rumanija u tista’ tiffaċja sospensjoni ta’ għomorha minn kull dixxipplina sportiva.

Iovu, fil-passat, kienet diġà sospiża mill-IWF.

Bħalissa, l-futur tal-isport tal-weightlifting qed ikun ikkunsidrat mill-programm Olimpiku taħt il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

Iovu twieldet il-Moldova u kienet rebħet il-Midalja tal-Bronż fil-Logħob Olimpiku tal-2012, fil-kategorija tat-53 kilogramma.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Weightlifting

Weightlifting: Aħbarijiet xejn sbieħ minn dan l-isport hekk kif ħames weightlifters ġew sospiżi temporanjament wara li testijiet tagħhom li saru waqt l-Olimpijadi ta’ Londra fl-2012 immarkaw pożittivi. Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Weightlifting…

Aktar