Weightlifting
Weightlifting: Ifeġġu każi ta’ doping fuq samples ta’ Londra 2012, ħames atleti sospiżi

Weightlifting: Aħbarijiet xejn sbieħ minn dan l-isport hekk kif ħames weightlifters ġew sospiżi temporanjament wara li testijiet tagħhom li saru waqt l-Olimpijadi ta’ Londra fl-2012 immarkaw pożittivi.

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Weightlifting ikkonfermat l-ismijiet ta’ dawn l-atleti li huma:
L-Ukren Oleksiy Torokhtiy li kien rebaħ id-deheb f’Londra fil-kategorija 105-kg, Valentin Hristov mill-Azerbaijan li rebaħ il-bronż ukoll f’Londra fil-kategorija 56-kg, Ruslan Nurudinov mill-Użbekistan, Mikalai Novikau mill-Belarus u Melanie Daluzyan mill-Armenja.

Nurudinov kien ukoll rebaħ id-deheb fl-Olimpijadi ta’ Rio 2016.

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, fi stqarrija qal li l-Weightlifting qed jirriskja li jkun eliminat mil-Olimpijadi ta’ Pariġi tas-sena 2024.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Weightlifting

Cristina Iovu, il-weightlifter li fl-aħħar snin ikkompetiet għal tliet pajjiżi differenti, hi fost tmien atleti li ħabbret il-Federazzjoni Internazzjonali tal-weightlifting, akkużati b’susanti projbiti. Iovu, ta’ 26 sena, issa qed tkun…

Aktar