Weightlifting – It-Tim Malti f’kompetizzjoni għal pajjiżi tal-Mediterran

L-Għaqda Maltija tal-Weightlifting għada kemm ipparteċipat fil-kompetizzjoni għall-pajjiżi tal-Mediterran.

Team Malti kien kompost minn Ryan Agius, Charles Degiorgio u Martin Joseph Pisani, huma kienu taħt il-gwida ta’ Jesmond Caruana.

Din kienet l-ewwel kompetizzjoni barra minn Malta għal Degiorgio, fejn irnexxielu jerfa’ total ta’ 185kilo u jagħmel 234 punt, Pisani refa’ total ta’ 200kilo u għamel 231 punt filwaqt li Agius, li kien l-aħjar atleta mill-Maltin, refa’ 198kilo u għamel 244 punt.

Għalekk it-team Malti irnexxielu jagħlaq il-kompetizzjoni b’punti totali ta 709 u kiseb l-10 pozizzjoni fost 14 il pajjiż.

Il-kompetizzjoni kienet mirbuħa minn Tuneżija segwita minn Franza u Turkija.  Barra minn dawn, ipparteċipaw ukoll l-Eġittu, l-Marokk, il-Libja, l-Alġerija, Spanja, l-Italja, Slovenja, Bosnia u Herzegovina, s-Serbja u Greċja.

Il-Maltin ħadu sehem f`sessjoniiet ta’ taħrig ma’ atleti Tuneżini, kif ukoll attendew seminar fuq kif jista’ jittejjeb il-livell tal-atleti  żgħar tal-weightlifting.

Il-President tal-Assoċjazzjoni u l-Kap tad-Delegazzjoni Maltija, Jesmond Caruana, attenda l-kungress tal-Konfederazzjoni tal-Mediterran, fejn ippropona li Malta torganizza il-Kompetizzjoni għall-pajjiżi tal-Mediterran fis-sena 2016.

Din il-kompetizzjoni ma kinitx tkun possibli mingħajr l-għajnuna tal-konfederazzjoni tal-mediterran, l-federazzjoni Tuneżina, il-Kumitat Olimpiku Malti, u il-Kunsill Malti ghall-Isport.

 

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Atletika

Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kompetizzjonijiet tal-atletika f’pajjiżna rritornaw b’għadd ta’ riżultati tajbin, il-Malta Amateur Athletic Association se tkun qed terġa’ tilqa’ lill-atleti fit-trakka tal-Marsa llejla fit-tieni avveniment tagħha…

Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Aktar