
Il-kompetizzjoni għall-pajjiżi tal-Mediterran tal-Weightlifting ġiet organizzata flimkien mal-Open ta’ San Marino, din is-sena bħala avveniment ta’ kwalifikazzjoni Olimpika fil-livell tal-fidda dan il-weekend li għadda f’Serravalle f’San Marino. Minkejja li din il-kompetizzjoni minn dejjem kienet b’saħħitha ħafna fil-livell ta’ atleti, din is-sena kienet ta’ sfida aktar minn qatt qabel peress li issa l-Olimpjadi ta’ Tokyo xhur biss ‘il bogħod.
Malta kienet irrappreżentata minn tliet atleti fl-avveniment; Brian Muscat, Roberta Tabone u t-tama Olimpika fil-weightlifting ta’ Malta, Yasmin Zammit Stevens. Ġimagħtejn biss wara r-riżultat tajjeb tagħha fil-Kampjonati Dinjija tal-IWF, Zammit Stevens irnexxielha tirbaħ tliet midalji tal-bronż fil-kategorija 71kg waqt din il-laqgħa għal 85kilo snatch tagħha, 102kilo clean u jerk u 187kilo totali. Hija spiċċat fit-tielet post wara l-lifter Amerikan, Kaitlynn Cooper, li spiċċat bi 92kilo, 115kilo u 207kilo fis-snatch, clean u jerk u totali rispettivament. L-Atleta mill-Italja Gulia Miserandino kisbet it-tieni post bil-lifts tagħha fil-93kilo, 104kilo u 197kilo. Dan l-avveniment ta’ kwalifikazzjoni kien l-aħħar wieħed għal dan it-tieni perjodu ta’ kwalifiki għal Zammit Stevens. It-tielet u l-aħħar perjodu se jkun bejn Novembru ta’ din is-sena u April tas-sena d-dieħla. Din se tkun l-aħħar medda ta’ sforz għall-kwalifikazzjoni fil-Logħob Olimpiku.
Roberta Tabone, għamlet wirja inkredibbli bil-lifts ikunu l-aħjar personali kemm fil-snatch kif ukoll fit-total. Tabone, li wkoll ikkompetiet fil-kategorija tal-71kilo, spiċċat fir-4 post fis-snatch bil-refgħa ta’ 76kilo, fil-5 post fil-clean and jerk b’94kilo u r-4 post fil-klassifika ġenerali b’170kilo. Hija rnexxielha taqbeż atleti mill-Kroazja, San Marino u wkoll mill-Olanda.
Għal-Brian Muscat, din kienet l-ewwel rappreżentazzjoni internazzjonali tiegħu mat-tim nazzjonali. Huwa kkompeta fil-kategorija tal-89kilo u temm il-kompetizzjoni tiegħu bi 113kilo snatch, 145kilo jerk & jerk u total ta 258kilo.
It-tim kien akkumpanjat mill-kowċ tat-tim nazzjonali Jesmond Caruana, li wkoll bħala kap tal-Ġurija għall-uffiċjali tekniċi f’dan l-avveniment ta’ kwalifikazzjoni Olimpika.
L-MWA ukoll tiringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti u lil SportMalta għall-għajnuna kontinwa tagħhom, peress li xejn minn dan is-suċċess ma jkun possibbli mingħajr l-appoġġ tagħhom.







Tenishia Thornton ta’ 14-il sena għamlet isem fl-Istorja tal- Weightlifitng Malti fi tmiem il ġimgha billi mhux biss kienet l-ewwel Maltija li kkompetit fil-Kampjonati Ewropej U15, iżda wkoll kissret żewġ…
Il-weightlifting Malti kellu sena inkredibbli, u s-suċċess tat-tim taż-żgħażagħ il-weekend li għadda kompla żied żewġ Midalji oħra tad-Deheb internazzjonali mal-lista ta kisbiet tagħhom. It-tim Nazzjonali taż-Żgħażagħ magħmul minn Tenishia Thornton…
Yazmin Zammit Stevens ikkompetit b’suċċess fil-Kampjonati Dinjija tal-Weightlifting fejn spiċċat fis-17 -il post fil-klassifika ġenerali. Il-lifter Malti hija l-uniku atleta li qatt ikkompeti fil-Kampjonati tad-Dinja fil-weightlifting u b`hekk din kienet…
L-Għaqda Maltija tal-Weightlifting (MWA) organizzat għall-ewwel darba kompetizzjoni tal-weightlifting għaż-żgħażagħ biss. Din il-laqgħa rat 19 -il atleta żgħażagħ jikkompetu ma’ dawk li diġa’ kisbu esperjenza, u oħrajn ġodda. Kim Camilleri…