Futbol internazzjonali
Wenger: Ozil u Sanchez jistgħu jħallu lil Arsenal f’Jannar li ġej

Arsene Wenger, il-Manager ta’ Arsenal, ammetta li f’Jannar li ġej, Alexis Sanchez u Mesut Ozil jistgħu jħallu lill-klabb ta’ Londra.

Il-kuntratt li għandhom Sanchez u Ozil jiskadi fis-sajf li ġej u dan ikun ifisser li jħallu l-klabb fl-aħħar tal-istaġun mingħajr mal-Gunners jitolbu ċifra għalihom.

Mistoqsi jekk kienx hemm data stipulata biex iż-żewġ plejers jiddeċiedu jiffirmaw kuntratt ġdid, Wenger qal li fil-mument ma jeżistix ftehim ta’ dan it-tip.

Mistoqsi dwar il-futur taż-żewġ plejers u jekk possibbilment iħallux lill-klabb f’Jannar li ġej, Wenger irrisponda biss li “possibbli”.

L-aġent ta’ Ozil qal li l-plejer tiegħu jixtieq li jagħmel sentejn jew tliet snin oħra jilgħab fil-Kampjonat Premier Ingliż.

Madankollu, Wenger qal li għad irid jitkellem sew ma’ Sanchez biex jikkonvinċih jibqgħu ma’ Arsenal.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Aktar