Futbol internazzjonali
Wesley Sneijder jirtira mill-futbol

Il-plejer Wesley Sneijder irtira mill-futbol wara 17-il sena. Il-plejer Olandiż li l-aktar li libes il-flokk tat-tim nazzjonali ħabbar li ser jieqaf mill-futbol it-Tnejn. Sneijder li għandu 35 sena lagħab 134 darba għall-Olanda, u l-aħbar li ser jirtira ta fuq il-kanal personali tiegħu ta’ YouTube.

Wesley Sneijder kellu karriera tajba ħafna. B’suċċessi ma’ Real Madrid, Inter u Galatassary, Sneijder rebaħ iċ-Champions League flimkien mal-kampjonati domestiċi ta’ Spanja u l-Italja. Barra minn hekk, ħa anke l-midalja tal-fidda fit-Tazza tad-Dinja mal-Olanda, meta fil-finali tal-edizzjoni tal-2010 kienu tilfu kontra Spanja. Sneijder kien diġa’ rtira mill-futbol internazzjonali s-sena li għaddiet.

L-aħħar tim li lagħab miegħu Sneijder kien Al Gharafa mill-Qatar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Polonja u r-Russja ngħaqdu mal-Belġju u l-Italja għall-edizzjoni tal-UEFA Euro 2020. Dan wara li fil-logħbiet tal-Ħadd filgħaxija huma ħarġu rebbieħa u qatgħu passaġġ għall-Kampjonati Ewropej 2020. Ir-riżultati kollha tal-Ħadd filgħaxija…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ intlagħbu diversi partiti minn madwar l-Ewropa mill-gruppi rispettivi tal-UEFA. Minn Grupp J, rebħa oħra konvinċenti għall-Italja kontra l-Greċja bi skor ta’ 2-0, li issa għaluhom seba’ rebħiet minn seba’…

Futbol internazzjonali

Malta….0 Żvezja…4   Tlettax minn tlettax għall-Iżvediżi kontra l-Maltin, wara li fl-Istadium Nazzjonali s-Sibt filgħaxija, Malta tilfet bl-iskor ta’ 4-0 kontra l-Iżvezja. Tlettax-il konfront li fihom l-Iżvediżi dejjem ħarġu rebbieħa…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Barcelona u tal-Arġentina Lionel Messi attenda fiċ-Cirque du Soleil għal spettaklu dwar ħajtu bl-isem ta’ “Messi 10”. Dan l-ispettaklu kien dwar l-istorja ta’ ħajjet l-istilla Arġentina, minn meta…

Aktar