Futbol lokali
White Eagles jirbħu s-Super Cup

Sitt gowls ta’ Zvezdan Vukovic għenu lil White Eagles jirbħu s-Super Cup  organizzata mill-Malta MiniFootball Association meta fil-grawnd tal-Marsa huma għelbu lil United Stars bl-iskor ta’ 10-7.

Din kienet l-aħħar logħba tal-istaġun 2019/2020 wara li l-kampjonat kellu jintemm ħesrem minħabba l-pandemija tal-COVID-19. B’konsegwenza ta’ dan kienu l-istess White Eagles li rebħu t-titlu fuq mertu sportiv bit-tim li reġa’ irrepeta b’suċċess ieħor li din id-darba wasal fil-grawnd.
Peress li ma ntlagħbitx il-kompetizzjoni KO, ġie deċiż li ssir is-Super Cup bejn it-tim li spiċċa fl-ewwel post kontra dak li temm fit-tieni pożizzjoni tal-klassifika tal-kampjonat iġifieri United Stars.
Kienet logħba mill-isbaħ, b’United Stars li ssorprendew lill-avversarji tagħhom fil-bidu għalkemm White Eagles irkupraw tajjeb u dawru telfa f’rebħa fit-tieni taqsima. L-iskorer prolifiku Zvezdan Vukovic kien prominenti għal White Eagles meta skorja sitt gowls b’Milos Otasevic, Darko Zivkovic, Aleksandar Marinkov u Zeljko Brkovic iżidu aktar gowls. Għal United Stars, li taw sfida denja lill-avversarji tagħhom, skorjaw b’hat-trick ta’ Gia Nikashvili u doppjetti ta’ Leontiev Konda u George Frendo.
Wara l-partita, il-president tal-Malta Mini-Football  Association Ivan Milosevic ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ White Eagles Zeljko Brkovic.

Dan kien tmiem l-ewwel staġun ta’ din l-assoċjazzjoni li fiha kellha tmien timijiet jikkompetu fil-kampjonat. Matul l-istaġun li ġej, se jerġa’ jiġi organizzat dan il-kampjonat li kellu livell għoli ta’ logħob.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Futbol lokali

Hekk kif il-ftuħ tal-istaġun tal-football 2020/21 bl-impenji tal-Clubs Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA riesaq iktar viċin, l-MFA fiċ-ċirkostanzi preżenti qed tħejji u tintensifika l-protokolli mediċi interni tagħha biex fl-eventwalita’ li l-Clubs Maltin…

Aktar