Futbol internazzjonali
Willian viċin Arsenal

Il-plejer Brażiljan Willian jinsab ferm viċin li jingħaqad ma’ Arsenal minn ma’ Chelsea, trasferiment bejn iż-żewġ timijiet ta’ Londra li ftit tal-ġranet ilu ltaqgħu fil-finali tal-FA Cup li kienet mirbuħa mill-Gunners. Willian li l-Ħadd li ġej jagħlaq 32 sena qed jinteressa wkoll lil Barcelona iżda jidher li l-preferenza tal-Brażiljan hi li jibqa’ jilgħab Londra.

Fl-istaġun li għadda Willian skorja 11-il gowl f’47 logħba ma’ Chelsea. Minn naħa tagħhom Chelsea offrew kuntratt ieħor ta’ sentejn lil Willian iżda hu jippreferi kuntratt itwal u jidher li Arsenal offrew kuntratt ta’ tliet snin lill-Brażiljan.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Futbol tan-Nisa: It-Tlieta t-tim Nazzjonali Malti tal-futbol jkun impenjat f’logħba fis-Centenary Stadium kontra d-Danimarka logħba valida minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s EURO 2022. In-nukleu ta’ plejers imsejħa għal…

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Aktar