Sport tal-Baħar
Wind Surfing – Antoine Albeau jirbaħ il-ħames tellieqa infila

Il-Franċiż Antoine Albeau rebaħ tellieqa oħra fit-Tazza tad-Dinja tal-Wind Surfing, fil-Fuerteventura Slalom, għall-ħames darba infila, meta f’kull tellieqa li tellaq spiċċa rebbieħ, biex issa jinsab fil-quċċata tal-klassifika flimkien mat-Taljan Matteo Iachino, li xorta waħda żamm l-ewwel post hu minħabba li kellu ranking aħjar f’kompetizzjonijiet oħra li saru aktar qabel. It-tellieqa ta’ qabel tal-aħħar ser issir din il-ġimgħa f’Tenerife, fi Spanja, bit-tellieqa finali ssir f’Sylt, il-Ġermanja aktar tard din is-sena.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Sport tal-Baħar

Gabriel Medina, ir-rebbieħ tal-World Surf League, irritorna lura f’belt twelidu, Maresias, il-Brażil, u ngħata merħba kbira. Ftit jiem wara li huwa rebaħ it-tieni World Surf League tal-karriera tiegħu, huwa rritorna…

Sport tal-Baħar

Il-Brażiljan Gabriel Medina rebaħ il-Kampjonat Dinji tas-Surfing 2018, bl-Awstraljan Julian Wilson jispiċċa fit-tieni post. Din is-sena kienet waħda sodisfaċenti ħafna għal Medina, għaliex biex rebaħ dan l-unur prestiġġjuż, huwa rebaħ…

Sport tal-Baħar

Waterpolo, Europa Cup it-Tieni Round ta’ Kwalifikazzjoni telfa kbira fi Grupp A għal Malta, 24-8 kontra l-qawwa tal-Ungerija. Sessjonijiet Ungerija l-ewwel, 9-2, 5-0, 5-3, 5-3. Tmien goals għal Malta, ħamsa…

Sport tal-Baħar

Is-surfer Brian Kemper rebaħ il-Jaws Challenge f’Hawaii, l-Istati Uniti, għat-tielet darba f’erba’ snin. F’finali li damet għaddejja siegħa, kieku diversi s-surfers li spiċċaw maqluba mill-mewġ, iżda mhux l-istess jista’ jingħad…

Aktar