
Sports Internazzjonali
Windsurfing: Il-PWA iħabbru premjijiet indaqs għall-kompetizzjonijiet tal-irġiel u tan-nisa
Il-Professional Windsurfers Association ħabru li fil-World Tour li jmiss se jkollhom l-istess fond tal-premijiet għall-kategorija tal-irġiel u anki tan-nisa.
Il-windsurfers irġiel u nisa se jkunu qed jirċievu l-istess ammont ta’ premijiet, skont fliema stadju tal-kompetizzjoni jiġu eliminati.
L-organizzaturi qed jisperaw li dawn il-bidliet se jkunu qed iġibu parteċipazzjoni akbar fil-kompetizzjonijiet tan-nisa.
Din il-miżura kienet proposta mit-tewmin Spanjoli Daida u Iballa li fl-aħħar snin iddominaw l-isport tal-windsurfing u bejniethom rebħu 28 titlu.