Local Sports
Wirja fotografika mill-Għaqda Ġurnalisti Sports b’kollaborazzjoni ta’ ILab

L-Għaqda Ġurnalisti Sports b’kollaborazzjoni mal-kumpanija ILab Photo Ltd se torganizza wirja fotografika bis-sehem ta’ wħud mill-aqwa fotografi sportivi lokali.

Il-wirja se tittella’ taħt il-patronċinju tal-Onor. Anġlu Farrugia M.P., Speaker tal-Kamra tad-Deputati u ser tittella’ fil-intrata tal-Parlament ta’ Malta bejn it-Tlieta 21 ta’ Frar u l-Erbgħa 8 ta’ Marzu 2017.

Fil-wirja se jiġu esibiti madwar 75 ritratt meħuda minn ħdax-il fotografu li huma membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Ritratti li jkopru sensiela ta’ dixxiplini u avvenimenti sportivi lokali u internazzjonali ta’ dawn l-aħħar xhur jew snin.

L-istampar u t-tfassil  tar-ritratti sar kollu kemm hu mid-ditta ILab Photo ta’ Hal Qormi. Xogħol professjonali li kompla jagħti aktar valur lil din il-wirja. Il-Wirja hi parti mill-programm li ġie mfassal mill-Għaqda Ġurnalisti Sports fl-okażjoni tal-Laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Ewropa li se jiltaqa’ f’Malta bejn nhar it-Tnejn u t-Tlieta.

Din l-attivita’ se tkun qed tittella’ fl-istess ġranet meta f’pajjiżna se jkun qed jitlaqqa’ l-ezekuttiv tal-AIPS Europe, li hija l-assocjazzjoni ewropeja tal-ġurnalisti sportivi.

Il-ftuħ uffiċjali se jsir nhar it-Tlieta 21 ta’ Frar 2017, mill-Onor. Speaker tal-Kamra tad-Deputati, Parlament ta’ Malta, fil-preżenza tas-Sur Lev Rossoshik, Viċi President tal-AIPS Europe.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex iżur din il-wirja fil-Parlament ta’ Malta bejn 09.30 ta’ filgħodu u l-17.00 ta’ wara nofsinhar,  is-Sibtijiet u l-Ħdud bejn 09.30 ta’filgħodu u 12.30 nofs siegħa.

 

Aħbarijiet Oħra
Local Sports

L-Avukat Chris Bonett inħatar Aġent Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta. Fi stqarrija uffiċjali mibgħuta ftit tal-ħin ilu, SportMalta qalet li din id-deċiżjoni ttieħdet fil-qafas ta’ strateġija ppjanata ta’ tranżizzjoni u ristrutturar…

Local Sports

Fi tmiem il-ġimgħa, fis-7 u t-8 ta’ Ottubru ġie organizzat l-FISTF Major tal-Italja f’San Benedetto del Tronto.  Għal dan it-tournament internazzjonali, kienu preżenti plejers Maltin u tat-tim Malti, Valletta Subbuteo…

Local Sports

Inħatru l-membri ġodda tal-Bord ta’ SportMalta. Iċ-Chairman Dr Luciano Busuttil u s-Segretarju Joe Cassar baqgħu fl-istess kariga. Jesmond Abela nħatar Viċi Chairman waqt li l-membri huma Charlene Attard, Keith Bartolo, Alfred…

Local Sports

Illum jerġa’ jibda Sports Panorama, il-programm li jagħti ħarsa estensiva lejn l-isport u d-dixxipplini sportivi kollha. Fil-programm tal-lum, il-mistiedna se jkunu Joe Cassar, Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti; Jesmond Caruana,…

Aktar