Futbol internazzjonali
Wolfsburg l-ewwel team ewropew li reġa’ beda t-taħriġ, Lazio jipposponu

Wolfsburg it-team mill-Bundesliga Ġermaniża reġa’ beda s-sessjonijiet ta’ taħriġ  sabiex sar l-ewwel club mill-kampjonati kbar fl-Ewropa li beda t-taħriġ tiegħu.  It-taħriġ beda minkejja li kull kompetizzjoni sportiva fil-Ġermanja tinsab sospiża sat-3 ta’ April li ġej minħabba l-coronavirus.

Intant fl-Italja SS Lazio kienu ppjanaw li l-bieraħ jagħmlu l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ wara l-kriżi tal-virus li waqqfet l-attivita’ sportiva kollha fl-Italja.  Iżda l-pjan oriġinali tal-President tal-club, Claudio Lotito, li jibda t-taħriġ kellha tiġi posposta minħabba li s-sitwazzjoni għadha gravi fl-Italja.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-gowlkiper Niġerjan ta’ Abia Warriors Charles Tambe beda jirkupra wara tir li qala’ f’idu u f’darhu waqt serqa li saret u li nzerta f’nofsha. Is-serqa saret fil-belt ta’ Ibadan il-Ġimgħa…

Futbol internazzjonali

L-attakkant tal-Ġermanja u ta’ Bayern Munich iffirma kuntratt ġdid mal-klabb sa Ġunju 2023. Muller ta’ 30 sena, li kien se jiskadilu l-kuntratt f’Ġunju tas-sena d-dieħla, lagħab karriera sħiħa mal-klabb Bavarjan….

Futbol internazzjonali

Il-perjodu li fih isir is-suq tat-trasferimenti fl-Ingilterra se jkollu jiċċaqlaq u miegħu se tiċċaqlaq ukoll id-data ta’ dawk il-kuntratti li suppost kellhom jintemmu fit-30 ta’ Ġunju. Jidher li biex dan…

Futbol internazzjonali

F’każ il-Qorti li nstema’ lbieraħ fl-Amerka, ħareġ li diversi uffiċjali tal-FIFA kienu tħallsu biex taw il-vot tagħhom lir-Russja u lil Qatar biex jospitaw it-Tazza tad-Dinja. Din l-aħbar tawha l-Prosekuturi tal-każ….

Aktar