International Sports
World Rugby: Il-President Bill Beaumont se jkun kontestat

Rugby: Il-President attwali fit-tmexxija tal-World Rugby Bill Beaumont se jkun kontestat fl-elezzjoni li jmiss mill-Arġentin Agustin Pichot.

Dan Pichot huwa eks player tar-Rugby u lagħab 71 darba mat-team Nazzjonali tal-Arġentina u preżentament jokkupa l-kariga ta’ Viċi President tal-World Rugby f’dawn l-aħħar erba’ snin.

Il-President attwali l-Ingliż Beaumont diġa kkonferma li kien se jerġa’ jitfa’ l-kandidatura tiegħu biex jerġa’ jservi fil-kariga ta’ President għal erba’ snin oħra. Hu kien qed jittama li jerġa’ jkun elett fl-aħħar ta’ Mejju waqt Board meeting annwali tal-World Rugby iżda issa se tkun storja oħra hekk kif trid tkun organizzata elezzjoni.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Ibburdjar

Żewġ timijiet li ser ikunu qed jisfidaw lil xulxin fl-America’s Cup kmieni s-sena d-dieħla ngħataw il-permess li jidħlu fi New Zealand biex jibdew il-preparamenti tagħhom. It-timijiet ta’ American Magic u…

Aktar