Snooker
World Snooker Federation – Adam Stefanow l-ewwel finalista

Is-Seed Numru 1 Adam Stefanów tal-Polonja, li aktar kmieni fil-kompetizzjoni elimina lill-Malti Duncan Bezzina, huwa l-ewwel finalista tat-Tournament Mixed Gender fil-kampjonati inawgurali tad-dinja għall-amateurs li qed ikunu organizzati hawn Malta mill-World Snooker Federation.

Fl-ewwel semifinali fuq l-aqwa minn seba’ frames, Stefanów għeleb lill-Iżlandiż Kristján Helgason 4-3 f’konfront li dam għaddej siegħa u ħamsin minuta.

Fid-9pm tibda t-tieni semifinali bejn il-Pollakk Kacper Filipiak u Luo Honghao taċ-Ċina. Is-semifinali tista’ tiġi segwita bil-live streaming fuq tvm.com.mt/sport u mill-10 ‘l quddiem diretta wkoll fuq TVM2.

Il-finali fuq ħdax-il frame, li wkoll se tixxandar diretta fuq TVM2 u bl-istreaming, hija skedata għal għada filgħodu fil-11, bit-tieni sessjoni għat-3 ta’ waranofsinhar.

Ir-rebbieħ se jieħu d-dar miegħu l-ewwel premju ta’ €10,000 kif ukoll id-dritt li għas-sentejn li ġejjin jilgħab fit-tour professjonali dinji tas-snooker.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Il-kontinġent Malti tal-isnooker ħalla pajjiżna għall-kampjonati mondjali tal-isnooker li beda lbieraħ fl-Iżrael u jispiċċa fit-3 ta’ Marzu. Malta qed tkun rappreżentata minn Alex Borg, Brian Cini, Duncan Bezzina, Aaron Busuttil,…

Snooker

Terry Camilleri, ir-referee internazzjonali Malti, ġie msejjaħ biex għal darb’oħra jirreffja partiti tal-World Snooker, din id-darba fil-Welsh Open. Il-Welsh Open tal-isnooker beda t-Tnejn li għadda u jintemm il-Ħadd li ġej….

Snooker

Aaron Busutill hu r-rebbieħ tal-ewwel ranking tournament organizzat mill-MBSA, meta fil-finali għeleb lil Brian Cini bil-punteġġ ta’ 5 frames kontra xejn. Din il-finali kienet fuq l-aħjar minn 9 frames, li…

Snooker

Snooker: Beda uffiċjalment l-Attrans Malta Snooker Open 2019. B’kollox skedati11 -il logħba fl-ewel ġurnata. Stephen Magrin kellu rebħa ta’ 4 frames għal 0 kontra Simon Zammit. Brian Cini rebaħ bl-istess riżultat…

Aktar