Snooker
World Snooker Federation: L-ewwel kampjonat dinji f’Malta jibda għada l-Erbgħa

Il-Malta Billiards and Snooker Federation se jospitaw l-ewwel kampjonat dinji tal-World Snooker Federation fid-Dolmen Hotel f’Bugibba.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, li saret ilbieraħ filgħaxija, il-President tal-MBSA Frans Bugeja qal li kien ta’ unur li l-assoċjazzjoni Maltija se tkun qed tospita dan il-kampjonat li mhux biss ser jagħti flus bħala premju iżda wkoll jagħti opportunita lir-rebbieħ u l-finalista li jipparteċipa għal sentejn fit-Tour Prinċipali tal-isnooker.

Il-kampjonati se jibdew nhar l-Erbgħa 14 ta’ Marzu u se jintemmu fl-24 ta’ Marzu. 180 plejer minn 25 pajjiż differenti se jkunu qed jieħdu sehem f’ diversi kategoriji fosthom il-kategorija tan-Nisa, il-kategorija Over 40’s u l-kategorija Mħallta.

Il-main table tat-tournament se tixxandar dirett dejjem fuq tvm.com.mt u ammont konsiderevoli ta’ sigħat li wkoll jixxandru fuq TVM2.

L-avveniment se jintlagħab fuq 14-il mejda. Malta se tkun qed tipparteċipa fil-kategoriji tal-Anzjani u Mħallta.

L-avveniment se jkun sponsorjat mill-Oracle Casino li hija sussidjarja tad-Dolmen Hotel.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li l-gvern hu mpenjat li jgħin lill-assoċjazzjonijiet bħall-MBSA minħabba li avvenimenti bħal dawn jgħinu lit-turiżmu sportive f’Malta. Huwa wera wkoll li fil-futur qarib, Malta se jkollha l-Akkademja tas-Snooker tagħha stess.

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kienu membri eżekuttivi tal-WSF, Nigel Mawer, il-viċi-president, u Maxim Cassis, is-segretarju ġenerali.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Aaron Busutill hu r-rebbieħ tal-ewwel ranking tournament organizzat mill-MBSA, meta fil-finali għeleb lil Brian Cini bil-punteġġ ta’ 5 frames kontra xejn. Din il-finali kienet fuq l-aħjar minn 9 frames, li…

Snooker

Snooker: Beda uffiċjalment l-Attrans Malta Snooker Open 2019. B’kollox skedati11 -il logħba fl-ewel ġurnata. Stephen Magrin kellu rebħa ta’ 4 frames għal 0 kontra Simon Zammit. Brian Cini rebaħ bl-istess riżultat…

Snooker

Il-Malta Billiards & Snooker Association tibda s-sena 2019 b’żewġ tournaments internazzjonali li jsiru f’The Otto Club ( ex-Peace Club), in-Naxxar. L-ewwel tournament sa jkun il-Euorpean Under 17 Snooker Open u jibda…

Snooker

Wara l-ftuħ ufficjali tal-Akkademja Maltija tal-iSnooker saret ukoll il-Christmas Shoot Out, fejn il-flus li nġabru ser jiġu ppreżentati waqt l-Istrina. Din kienet it-tielet sena konsekuttiva li fiha ġiet organizzata din…

Aktar