Sport tal-Baħar
World Surf League Championship: Taqtiegħa interessanti fil-kategorija tan-nisa, tibbrilla Stephanie Gilmore

It-tieni ġurnata tal-World Surf League Championship 2019 kompliet it-Tnejn f’The Rip Curl Pro Bells Beach wara li rritorna l-mewġ. Wara tlett ijiem mingħajr riħ u allura mingħajr mewġ, matul il-ġurnata tat-Tnejn il-baħar kien imqalleb sew, b’kull mewġa tkun għolja bejn 1.2 u 1.5 metri. B’hekk setgħu jitkomplew il-heats tal-ewwel u t-tieni rawnd f’Winkipop.

Is-seba’ darbiet champion tal-World Surf League, Stephanie Gilmore, kellha titħabat sabiex issib l-aħjar mewġa, b’mod speċjali kontra l-isfidanti ewlenin tagħha, Kobie Enright u Bronte Macaulay. Hija temmet l-ewwel rawnd fuq quddiem bi 15.33 punti u għaddiet direttament għar-Round tas-16 fejn hemmhekk terġa’ tikkompeti kontra Enright.

Anke l-Amerikana Coco Ho rnexxielha tagħmilha għar-round li jmiss wara li għelbet l-isfida tal-kompatrijotta Carissa Moore li s’issa diġa’ rebħet tliet titli ta’ dan il-kampjonat.

Fil-kategorija tal-irġiel, il-Ġappuniż Kanoa Igarashi rnexxielu jagħmel 10.46 punti fl-ewwel rawnd biex avvanza għall-fażi li jmiss u issa jikkompeti kontra Adrian Buchan.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sport tal-Baħar

Numru kbir ta’ surfboards inqerdu fin-nirien li ħakmu l-Awstralja fl-aħħar ġimgħat. Dan żvelah is-surfer Awstraljan David Ford li kellu kollezzjoni ta’ 260 vintage surfboard li issa kollha spiċċaw maħruqa. Skont…

Sport tal-Baħar

Il-kompetizzjoni tas-surfing fl-Olimpjadi 2024 li ser isiru f’Pariġi, minflok ser issir 15,000 kilometru ‘l bogħod mill-kapitali Franċiża. L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Surfing aċċettat proposta li l-kompetizzjoni tas-surfing issir f’Tahiti, fl-Oċean Paċifiku. Tahiti…

Sport tal-Baħar

Fl-età ta’ 47 sena, Kelly Slater baqa’ jimpressjoni fis-surfing, fl-aħħar taqtiegħa fil-Billabong Pipe Masters fil-Hawaii. Fit-tielet round Slater irnexxielu jegħelb l-isfida tal-Franċiż Joan Duru, imma l-isfida prinċipali ser tkun mal-Amerikan…

Sport tal-Baħar

Is-surfer veteran Kelly Slater rebaħ il-heat tiegħu l-Ħadd li għadda biex għadda għar-raba’ round tal-Vans Surfing World Cup. Il-heats saru fil-bajja Sunset t’Oahu. L-Amerikan Slater, li rebaħ it-titlu għal 11-il…

Aktar