Oħrajn
World Surf League: Il-Brażiljan Gabriel Medina jirbaħ il-kampjonat dinji 2018

Il-Brażiljan Gabriel Medina rebaħ il-kampjonat dinji 2018 bl-aħħar tappa li saret ilbieraħ fil-Hawaii.

Hu spiċċa fl-ewwel post qabel l-Awstraljan Julian Wilson li spiċċa fit-tieni post.

Medina rebaħ it-tappa Billabong Pipe Masters meta kellu l-ikbar qabża fuq il-mewġ 6 piedi u 8 pulzieri.

It-tappa tal-bieraħ kienet waħda mill-iktar kumbattuta bejn Medina u Wilson peress li t-taqtiegħa finali għar-rebħ tal-kampjonat kienet bejn dawn iż-żewġ surfers.

Huma baqgħu tilgħin ras imb’ras fil-punti b’Medina li finalment joħroġ rebbieħ b’punteġġ totali ta’ 18.34 kontra 16.70 ta’ Wilson.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

Iż-żgħażugh Amerikan Kyle Giersdorf rebaħ is-somma ta’ tlett miljun dollaru Amerikan dan wara li huwa kiseb l-għola unur f’tournament fi New York tal-logħba popolari online Fortnite. Giersdor li għandu 16…

Oħrajn

L-Ingliża Jamie Chadwick u l-Olandiża Beitske Visser se jkunu qed jiġġieldu għat-titlu W Series fit-tellieqa finali tal-istaġun li se ssir fi Brands Hatch ix-xahar id-dieħel wara li l-Finladiża Emma Kimilainen…

Oħrajn

Riżultat ta’ unur għall-iskola Maltija tal-Karate SKSM MALTA fil-Polonja fl-aħħar tal-ġimgħa  l-oħra. Tim ta’ seba’ atleti, minn 13 sa 18 il-sena, irrappreżentaw lil Malta fil-Polish Open 2019, li sar f’Szchechin,…

Oħrajn

World Pro Racing torganizza tlielaq virtwali ta’ livell għoli, tissieħeb ma’ Student Motorsport. Student Motorsport hija kumpanija li tgħin studenti li qegħdin jistudjaw fil-Motorsport, biex ikollhom esperjenzi fil-qasam tax-xogħol. Mhux…

Aktar