Xahar eżatt mit-Tazza tad-Dinja – il-logħob u l-ħinijiet fl-ewwel ġimgħa

Eżatt bħal-lum xahar jingħata bidu għall-ikbar manifestazzjoni sportiva fid-dinja – It-Tazza tad-Dinja fil-Brażil.

Minkejja li l-preparamenti ilhom għaddejjin ġmielhom, xahar eżatt qabel il-bidu tal-kompetizzjoni għad hemm xi stadiums li għadhom mhumiex lesti għal kollox, waqt li fost l-awtoritajiet tibda tikber il-biża ta’ protesti fost il-poplu Brażiljan li minn dejjem kien kontra li l-pajjiż jospita dawn il-logħob.

Intant lil hinn mill-aspett negattiv, dawn il-logħob mistennija joffru spettaklu u futbol tal-għola livell kif toffri kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Hafna huma tal-fehma li ċ-ċampjins renjanti Spanja naqsu mis-saħħa tagħhom minn erba snin ilu ‘hawn, ħafna huwa mistenni mill-pajjiżi Sud Amerikani, l-Brażil innifishom u l-Arġentina, waqt li l-Ġermanja ukoll tidher preparata biex tkun ta’ sfida.

Kurjuż il-fatt kif iż-żewġ finalisti fl-aħħar edizzjoni fl-Afrika ta’ Isfel erba snin ilu, jiġifieri Spanja u Olanda, se jkunu qed jerġgħu jiltaqgħu kontra xulxin fit-tieni jum tat-tournament, hekk kif din id-darba ġew flimkien fi Grupp B.

Naturallment ħafna mill-interess tal-Maltin jiffoka fuq l-Ingilterra u l-Italja.

F’din l-edizzjoni d-delettanti Maltin se jkollhom il-lussu li mhux biss jaraw lil dawn iż-żewġ nazzjonijiet, iżda jistgħu isegwuwhom f’konfront dirett bejniethom, dan hekk kif il-formazzjonijiet ta’ Roy Hodgson u Cesare Prandelli rispettivament telgħu biex jilgħabu fl-istess Grupp, flimkien mal-Urugwaj u l-Kosta Rika.

Wieħed ta’ min isemmi ukoll attrazzjonijiet oħra fil-fażi tal-gruppi fosthom il-partiti Żvizzera kontra Franza, u Ġermanja kontra Portugall.

Kif żgur li ħafna nies jafu, l-Public Broadcasting Services se jkun qed ixandar b’mod dirett u esklussiv il-partiti kollha tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil mit-12 ta’ Ġunju sat-13 ta’ Lulju li ġej.

Permezz ta’ TVM u TVM2 matul ix-xahar tat-Tazza tad-Dinja se nkunu qed nagħtu spazju estensiv għal din l-ikbar manifestazzjoni sportiva fid-dinja.

Total ta’ 64 logħba …. kollha LIVE fuq l-istazzjonijiet Nazzjonali, apparti programmi speċjali, qabel u wara kull partita waqt din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Tazza tad-Dinja – Programm tal-ewwel ġimgħa (ħinijiet ta’ Malta)

Il-Ħamis 12 ta’ Ġunju – 10pm – Grupp A – Brażil – Kroazja
Il-Gimgha 13 ta’ Ġunju – 6pm – Grupp A – Messiku – Kamerun
Il-Gimgha 13 ta’ Ġunju – 9pm – Grupp B – Spanja – Olanda
Is-Sibt 14 ta; Ġunju – nofsilejl – Grupp B – Ċili – Awstralja
Is-Sibt 14 ta’ Ġunju – 6pm – Grupp Ċ – Kolombja – Greċja
Is-Sibt 14 ta’ Ġunju – 9pm – Grupp D – Urugwaj – Kosta Rika
Il-Ħadd 15 ta’ Ġunju – nofsilejl – Grupp D – Ingilterra – Italja
Il-Ħadd 15 ta’ Ġunju 3am – Grupp Ċ – Kosta tal-Avorju – Ġappun
Il-Ħadd 15 ta’ Ġunju – 6pm – Grupp E – Żvizzera – Ekwador
Il-Ħadd 15 ta’ Ġunju – 9pm – Grupp E – Franza – Honduras
It-Tnejn 16 ta’ Ġunju nofsilejl – Grupp F – Arġentina – Bożnija Herżegovina
It-Tnejn 16 ta’ Ġunju – 6pm – Grupp G – Ġermanja – Portugall
It-Tnejn 16 ta’ Ġunju – 9pm – Grupp F – Iran – Niġerja
It-Tlieta 17 ta’ Ġunju – nofsilejl – Grupp Ġ – Ghana – Stati Uniti
It-Tlieta 17 ta’ Ġunju – 6pm – Grupp H – Belġju – Alġerija
It-Tlieta 17 ta’ Ġunju – 9pm – Grupp A – Brażil – Messiku
L-Erbgħa 18 ta’ Ġunju – nofsilejl – Grupp H – Russja – Korea ta’ Isfel
L-Erbgħa 18 ta’ Ġunju – 6pm – Grupp B – Awstralja – Olanda
L-Erbgħa 18 ta’ Ġunju – 9pm – Grupp B – Spanja – Ċili
Il-Ħamis 19 ta’ Ġunju – nofsilejl – Grupp A – Kamerun – Kroazja
Il-Ħamis 19 ta’ Ġunju 6pm – Grupp Ċ – Kolombja – Kosta tal-Avorju
Il-Ħamis 19 ta’ Ġunju – 9pm – Grupp D – Urugwaj – Ingilterra
Il-Ġimgħa 20 ta’ Ġunju – nofsilejl – Grupp Ċ – Ġappun – Greċja
Il-Ġimgħa 20 ta’ Ġunju – 6pm – Grupp D – Italja – Kosta Rika
Il-Ġimgħa 20 ta’ Ġunju – 9pm – Grupp E – Żvizzera – Franza 

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar