Xahar wara l-inċident: Schumacher jibqa’ f’koma

Xahar  wara l-inċident huwa u jiskija, l-ex-champion tal-Formula 1 Michael Schumacher għadu f’koma artifiċjali.

Il-manager ta’ Schumacher Sabine Kehm ikkonfermat li s-sewwieq jinsab f’qagħda stabbli fi klinika fi Grenoble, u warrbet rapporti fil-media Franċiża li Schumacher qed jitqajjem mill-koma.

Michael Schumacher kien sofra ġrieħi gravi meta waqa’ u ħabat rasu waqt li kien jiskija fl-Alpi Franċiżi fid-29 ta’ Diċembru. Huwa ġie operat darbtejn biex jitneħħew blood clots minn moħħu, u qed jinżamm rieqed biex moħħu ma jintefaħx.

It-tobba fi Grenoble qed jirrifjutaw li jbassru l-kundizzjoni ta’ Schumacher tistax tmur ‘il quddiem jew lura fil-jiem u x-xhur li ġejjin.

Għalkemm huwa medikament possibbli għal xi ħadd li jirkupra għal kollox wara ġimghat f’koma artifiċjali, bosta esperti huma tal-fehma li Schumacher diffiċli jirritorna għal-livell ta’ saħħa li kellu.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Aktar