Futbol internazzjonali
Xavi Hernandez iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Al-Sadd fil-Qatar għal sena oħra

Xavi Hernandez ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Al-Sadd fil-Qatar għal sena oħra.

L-aħbar għamluha uffiċjali l-klabb stess wara spekulazzjoni li l-plejer seta’ rritorna mal-ex klabb tiegħu Barcelona bħala membru fl-istaff tekniku.

Il-media Spanjola kienet saħansitra rrapurtat li Xavi ġie avviċinat minn Barcelona biex jibdel lil Ernesto Valverde qabel ma nħatar Quique Setien f’Jannar li għadda.

Xavi ta’ 40 sena jinsab fit-tielet post tal-klassifika ma’ Al-Sadd.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta – PSG Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall. Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’…

Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Aktar