Futbol internazzjonali
Xejn inqas minn 11 -il plejer tas-Serie A pożittivi għall-COVID-19

Il-Covid-19 qed ikompli jkasbar diversi teams tal-futbol u qed jaffettwa l-andament ta’ diversi kampjonati. Wara li sa’ nofsinhar tal-lum kienu rritornaw fl-Italja l-plejers kollha li kienu nvoluti b’xi mod jew ieħor mat-teams Nazzjonali ta’ pajjiżhom, is-Serie A se jkollha min tal-inqas 11 -il plejer li ma jistgħux jilgħabu mal-Clubs rispettivi minħabba li dawn irriżultaw pożittivi mat-teams Nazzjonali tagħhom fl-aħħar jiem jew fl-aħħar siegħat.

Fost il-lista ta’ plejers bil-COVID-19 hemm ħames plejers ta’ Roma: Edin Dzeko, Kumbulla, Boer, Pellegrini u Fazio. Atalanta ġie pożittiv għalihom Malinovskyi filwaqt Inter irriżultaw pożittivi Kolarov u Brozovic. Ma dawn jingħaqdu Milinkovic Savic ta’ Lazio u Lazovic tal-Verona. It-tmien ġurnata tas-Serie A tibda għada bi tliet logħbiet u programm sħiħ il-Ħadd.

Miktub minn...
TVM Sport
.