Motorsport
Yamaha Gozo Motocross: It-Tieni Rawnd

Il-Gozo Motocross Association organizzat it-tieni rawnd mill-kampjonat tagħha, nhar il-Ħadd 12 ta’ Novembru 2017. Il-kompetizzjonijiet bdew fis-1pm.

L-atmosfera kienet waħda drammatika hekk kif tmintax- il sewwieq ikkompetew flimkien f’atmosfera ta’ emozzjoni u ħafna antiċipazzjoni filwaqt li numru sabiħ ta’ spettaturi segwew l-avveniment b’attenzjoni kbira.

Fi Klassi A rajna lil Etienne Bigeni, ‘champion’ bejn l-2014 – 2016, jissielet ghall-ewwel post flimkien ma Stefan Dimech u Steve Xuereb kif ukoll Joseph Bigeni u Edward Ciantar. Is-sewwieqa ta’ din il-klassi għamlu ħilitom kollha biex jakkwistaw kemm jistgħu punti. It-tmiem kien wieħed kemmxejn imprevidibbli hekk kif Dimech u Bigeni spiccaw b’distakk ta’ punt wiehed biss bejnitom, b’dan tal-ahhar jirbah it-trofew tal-ewwel post. Fit-tielet post dahal Xuereb filwaqt li Robert Spiteri u Keith Bugeja wkoll kienu sewwieqa f’din il-klassi.

Fi Klassi B, il-Malti Brandon Slowe wera hila liema bhalha fuq il-mutur tieghu hekk kif ghamel ukoll Nataniel Camilleri. Infatti dawn ukoll spiccaw b’distakk ta punt wiehed  bejnietom,  bi Slowe jidhol l-ewwel segwit minn Camilleri. Warajhom daħal Jorn Stellini segwit mill-qrib minn Joseph Luke Gauci.

Rajna wkoll taqtiegha nteressanti fi klassi C hekk kif Matthew Spiteri, Matthew Buttigieg u Anthony Fenech ukoll issieltu ghall ewwel post. Infatti, Buttigieg spicca l-ewwel post segwit minn Fenech u Spiteri rispettivament. F’din il-klassi rajna r-ritorn ta’ Kurt Fenech filwaqt li Steve Cassar, Raymond Caruana u Emma Xuereb ukoll ghamlu l-hila taghhom.

Ir-rebbieħa tal-ġurnata ngħataw trofej kull wieħed filwaqt li nġabru l-punti għall-kampjonat. Il-GMA tħabbar li t-tielet rawnd ser tkun nhar il-Ħadd, 10 ta’ Diċembru 2017.

L-għaqda dejjem tħeġġeġ aktar sewwieqa ġodda biex jingħaqdu magħha ħalli jgawdu dan l-isport li sar ferm popolari fil-gżira Għawdxija.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Jonathan Rea kiser ir-rekord mondjali b’rebħa oħra llum fiċ-ċirkwit ta’ Brno fir-Repubblika Ċeka bis-60 rebħa fil-karriera tiegħu. Din-rebħa ta’ Rea taqbeż lil dik ta’ Carl Fogerty, champion tad-dinja tas-Super Bikes…

Motorsport

Nhar is-Sibt  l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi tiftaħ l-istaġun tas-sajf billi tibda torganizza l-attivitajiet tard is-Sibt fil-għaxija sa tard bil-lejl. F’dawn iż-żmienijiet tas-sena l-Assoċjazzjoni taqleb bl-attivitajiet fil-għaxija minħabba it-temp sħun ħafna f’dan…

Motorsport

L-Assoċjazzjoni Maltija għad-Drag Racing organizzat it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drag Racing għal pajjiżna, ġewwa t-trakka ta’ Ħal Far bejn il-Ħamis u l-Ħadd 3 ta’ Ġunju. Mario Scerri rebaħ il-bracket ta’…

Motorsport

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda Wurth, b’kollaborazzjoni ma’ Sim Racing Malta u World Pro Racing, organizzat Sim Racing Challenge waqt il-fiera tal-għodda f’għeluq it-30 sena tal-kumpanija. Bosta sewwieqa tat-tlielaq virtwali…

Aktar