Snooker
Yang Gao huwa r-rebbieħ tal-Junior Open organizzat f’Malta mill-World Snooker Federation

Il-Player ċiniż ta’ ħmistax-il sena Yang Gao huwa r-rebbieħ tal-Junior Open organizzat f’Malta mill-World Snooker Federation.

Yang għadda għall-finali mal-Ingliż Sean Maddocks wara li lbieraħ filgħaxija għeleb lill-kollega Ċiniż Yi Ze Wu 4-3 fit-tieni semifinali. Maddocks kien qata’ passaġġ għall-finali aktar kmieni b’rebħa fuq l-Irlandiż Aaron Hill.

Il-finali tal-lum fil-Lukanda San Antonio l-Qawra li kienet fuq l-aqwa minn disa’ frames kellha bidu bilanċjat: b’Mattocks jieħu l-ewwel frame u Yang jirbaħ it-tieni wieħed. Mattocks reġa’ mar 2-1 minn fuq imma mbagħad Yang ħa erba’ frames wara xulxin biex rebaħ il-konfront 5 frames għal 2.

Fit-tournament li kien miftuħ għal żgħażagħ dilettanti taħt is-17-il sena ħadu sehem mas-sittin player minn madwar id-dinja.

Minn għada issa dejjem taħt l-awspiċi tal-World Snooker Federation jibda l-Malta Open bis-sehem did-darba ta’ madwar mija u sittin player amateur, fosthom ex-players professjonali ta’ livell għoli. Malta se tkun rappreżentata minn players bħal Tony Drago, Duncan Bezzina, Aaron Busuttil u Philip Ciantar u l-logħob se jsir l-Akkademja tas-Snooker il-Ħamrun u l-lukanda San Antonio.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg, il-ġimgħa d-diehla jkun impenjat fil-Welsh Open organizzat mill-World Snooker Association. Dan it-turnament se jintlagħab fil-Motor Point Arena f’Cardiff bejn it-Tnejn li ġej u l-Ħadd…

Snooker

Waslu f’Malta kważi l-players kollha li se jieħu sehem f’dan it-Tournament li se jkollu l-parteċipazzjoni ta’ iktar minn 50 player taħt is-17 -il sena. Fost dawn se jilagħbu żewġ players…

Snooker

Il-Malta Billiards and Snooker Association, bil-kollaborazzjoni tal-World Snooker Federation, ħabbru li fil-ġranet li ġejjin sa jiġu organizzati għall-ewwel darba żewġ tournaments internazzjonali tas-snooker ta’ livell għoli f’pajjiżna. L-ewwel tournament sa…

Aktar