Futbol lokali
Law jinħareġ mill-ITU, “Il-każ għadu mhux ta’ serħan il-moħħ” – Il-President ta’ St Venera L

Il-plejer u captain ta’ Santa Venera Lightnings FC Yau-Mun Law ħareġ mill-ITU tal-isptar Mater Dei fejn kien rikoverat f’dawn l-aħħar jiem. Minflok, il-plejer, qiegħed jinżamm fit-taqsima CCU.

Din l-aħbar ikkonfermaha ma’ TVM Sport Rennie Briffa, il-President ta’ St Venera Lightnings FC. Filwaqt li kkonferma dan, Briffa qal li, “nixtiequh lura mal-familja. Il-każ għadu mhux ta’ serħan il-moħħ u se niqbgħu nsegwu mill-viċin dawn l-iżviluppi. L-aktar importanti f’dan il-mument hi s-saħħa tal-plejer.”

Law sofra minn attakk tal-qalb qawwi fil-partita mit-Tielet Diviżjoni li kienet qed tintlagħab il-Ħamis li għadda fis-Centenary Stadium bejn St Venera Lightnings u Kirkop United FC.

Sorsi oħra viċin il-klabb ta’ St Venera Lightnings FC ikkonfermaw kif il-membri u l-plejers kollha tal-klabb jinsabu f’xokk qawwi anki għax il-plejer għadu sal-lum bi problemi ta’ saħħa minħabba dan l-inċident.

“Iżda l-aktar importanti kien li għaraf lil kull min kien viċin tiegħu,” qalilna l-istess sors.

Yau-Mun Law ilu jilgħab ma’ St Venera Lightnings FC minn meta kellu 15-il sena.

Wieħed irid jara jekk ta’ 36 sena u b’dan l-inċident ikrah li għadda minnu, ikunx f’pożizzjoni li jkompli bil-karriera tiegħu bħala plejer tal-futbol.

TVM Sport jawgura fejqan ta’ malajr lil Yau-Mun Law.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-bord tal-liċenzi tal-MFA ikkonferma d-deċiżjoni li Floriana jirrappreżentaw lil Malta fil-UEFA Champions League l-istaġun li ġej. Il-konferma tħabbret f’laqgħa tal-kunsill tal-Malta Football Association illejla, bil-president tal-assoċjazzjoni Bjorn Vassallo jgħid li…

Futbol lokali

It-Taljan Gaetano Farruggio nħatar Direttur Tekniku ta’ Sliema Wanderers FC. Fi stqarrija, Sliema Wanderers FC għamlu din l-aħbar uffiċjali. Farruggio ħadem mal-kowċ Giovanni Tedesco fl-istaġun 2018/19 ma’ Hamrun Spartans FC….

Futbol lokali

Floriana FC se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej. Dan wara li fil-Kunsill tal-MFA tal-lum tħabbar li l-Bord tal-Liċenzji kkonferma l-ħruġ tal-liċenzja tagħhom. Floriana FC…

Futbol lokali

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli żaret l-istadium nazzjonali u l-kumpless sportiv tal-Malta Football Association f’Ta’ Qali fuq stedina tal-istess MFA. F’din iż-żjara, saret laqgħa fejn fiha ġew…

Aktar