Motorsport
Yazeed Al-Rajhi jirbaħ ir-raba’ stadju fir-Rally tal-Marokk … illum isir l-aħħar stadju

Is-sewwieq tat-Toyota Yazeed Al-Rajhi rebaħ ir-raba’ stadju tar-Rally tal-Marokk. Al-Rajhi tal-Arabja Sawdija temm minuta u 39 sekonda quddiem Nasser Al-Attiyah tal-Qatar, b’tal-aħħar jibqa’ b’vantaġġ komdu ħafna fil-quċċata tal-klassifika.

Illum ser isir l-aħħar stadju tar-Rally, b’Al-Attiyah għandu vantaġġ ta’ 11-il minuta u 21 sekonda fuq Al-Rajhi li jinsab it-tieni.

Fil-kategorija tal-muturi, Matthias Walkner fuq KTM irnexxielu jżomm fl-ewwel post tal-klassifika wara li temm ir-raba’ stadju fit-tieni post wara l-Awstraljan Daniel Sanders. Walkner jinsab 37 sekonda quddiem iċ-Ċilen Pablo Quintanilla b’kollox miftuħ beraħ qabel l-aħħar stadju tal-Erbgħa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA