Atletika
Yuilmar Rojas tiddeċiedi li tibqa’ mat-tim atletiku ta’ Barcelona

It-triple jumper tal-Venezwela Yuilmar Rojas qalet li ser tibqa’ parti mit-tim atletiku ta’ Barcelona, anke jekk irċeviet offerti oħra.

Rojas għadha kif rebħet il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Tokjo, u lura pajjiżha ngħatat merħba kbira. Fl-ewwel kummenti tagħha rringrazzjat lit-tim ta’ Barcelona tas-sapport kollu li tawha fl-aħħar ħames snin. Wara l-Olimpjadi f’Tokjo, hija baqgħet sejra biex tikkompeti fid-Diamond League fejn irnexxielha tikser ir-rekord fit-triple jump.

Fil-Venezwela Rojas qed tkun meqjusa bħalha idolu wara li ssorprendiet lil kulħadd kif matul il-Logħob Olimpiku kisret ir-rekord dinji b’qabża ta’ 15.67 metri u rebħet id-deheb. B’hekk saret l-ewwel atleta mill-Venezwela li rebħet it-triple jump f’Olimpjadi.

B’hekk Rojas għandha f’idha ir-rekords dinjija tat-triple jump indoor u outdoor.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA