Motorsport
Zachary David itemm fis-sitt post f’Lonato, l-Italja

Ilbieraħ (il-Ħadd 19 ta’ Settembru) kienet ġurnata impenjattiva għas-sewwieq tal-karting Zachary David fis-South Garda Karting f’Lonato, l-Italja. 250 sewwieq internazzjonali minn 50 pajjiż differenti ħadu sehem fl-ewwel miż-żewġ rawnds validi għad-WSK Open Cup.

David spiċċa l-ewwel serje ta’ kwalifikazzjoni fis-sitt post u l-ħdax mis-sewwieqa kollha. B’hekk David spiċċa fi Grupp Ċ. Fl-ewwel heat ta’ kwalifikazzjoni, Zachary David spiċċa t-tielet, is-sitta fit-tieni heat, u wara inċident fis-seba’ dawra tat-tielet heat ta’ kwalifikazzjoni spiċċa fl-għoxrin post.

David beda l-ewwel prefinali fir-raba’ ringiela u spiċċa fir-raba’ pożizzjoni u beda l-finali mill-istess ringiela tal-prefinali.

Fil-finali David saq mal-aqwa 34 sewwieq mill-250 li bdew il-ġurnata, u temm il-ġurnata fis-sitt post.

It-tieni round tad-WSK Open Cup ser tiġi organizzata bejn it-30 ta’ Settembru u t-3 t’Ottubru fiċ-ċirkwit t’Adria.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA