Futbol lokali
FILMAT: Zamble jerġa’ jkun determinanti għal Senglea

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Senglea Athletic………………2

Mosta……………………………..1

Gowl tas-sostitut Wilfried Zamble f’nofs it-tieni taqsima ta lit-tim mill-Kottonera Senglea rebħa fuq il-Mosta bl-iskor ta’ 2-1. Il-logħba kienet mill-iktar bilanċjata b’Senglea xi ftit aħjar fl-ewwel taqsima u l-Mostin ikunu aħjar fit-tieni parti, fejn forsi riżultat ta’ draw kien ikun iktar ġust.

Wara ftit minuti kien Jallow li falla bir-ras għal Mosta mill-viċin u fuq in-naħa l-oħra xutt sabiħ fil-baxxa ta’ Marukawa ġiegħel lil Vella jsalva b’diffikulta.

Fis-17-il minuta Mosta fetħu l-iskor meta pass preċiż ta’ Muchardi ġab lil Kotlov waħdu u dan bil-kalma kollha għeleb lil Curmi b’xutt fil-baxx.

Senglea kellhom reazzjoni tajba u fil-25 minuta freekick ta’ Virano kien salvat mill-goalkeeper u fl-34 minuta Senglea kisbu draw meritat meta Taisei Marukawa rċieva ballun mil-lemin u wara li dar ma’ difensur skorja bi ġmiel ta’ xutt għar-rokna tax-xibka.

Kif bdiet it-tieni taqsima xutt bomba ta’ Morisco kien salvat minn Curmi u fil-55 minuta azzjoni bejn Murga u Kotlov li qassam lejn Gomes li x-xutt tiegħu kien imblukkat minn Todorovic kważi minn fuq il-linja.

Fis-66 minuta azzjoni oħra ta’ Mosta bix-xutt ta’ Murga salvat minn Curmi, biex tliet minuti wara Senglea fil-vantaġġ meta is-sostitut Wilfred Zamble daħal tajjeb għal ballun fit-tul u għeleb lil Vella b’lob preċiż.

Għaxar minuti mit-tmiem azzjoni tajba ta’ Jan Tanti u xutt li jmur ftit għoli u fit-83 minuta ċans tad-deheb għal Mosta iżda Zachary Brincat xeħet ftit għoli minn qagħda tajba. Ħames minuti wara Mosta għal darb’oħra viċin il-gowl tad-draw meta daqqa ta’ ras ta’ Tyrone Farrugia kienet imblukkata minn fuq il-linja minn Mano Micallef.

Ikkontrolla l-logħba r-referee Slobodan Petrovic u l-plejer tal-logħba kien il-Ġappuniż ta’ Senglea Taisei Marukawa.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Jake Grech ta’ Hibernians huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Awwissu 2019. Charles Azzopardi, Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Awwissu 2019 lil Grech li…

Futbol lokali

Xewkija Tigers kisbu rebħa ta’ 3-0 kontra Kerċem Ajax biex telgħu fl-ewwel post tal-klassifika u baqgħu mhux megħluba fil-kampjonat. Xewkija fetħu l-iskor fir-4 minuta ta’ ħin miżjud qabel intemmet l-ewwel…

Futbol lokali

MAFA – Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni 2019/2020 Senglea Gunners bdew l-istaġun 2019/2020 tal-MAFA b’mod eċċezzjonali meta kontra kull mistenni għelbu liċ-champions Versity AFC bl-iskor ta’ 3-1. Anke t-tim promoss ta’ Balzan…

Futbol lokali

Claudio Marchisio, l-ex plejer ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali tal-Italja, jinsab f’Malta fuq stedina tal-Juventus Club Cuore Bianconero. U filwaqt li jinsab hawn biex jiltaqa’ mal-Juventini Maltin, ma naqasx milli…

Aktar