Futbol lokali
Żejtun Corinthians ippreżentati bit-trofew ta’ Champions tal-Kampjonat BOV tal-ewwel diviżjoni

Il-Club ta’ Żejtun Corinthians il-bieraħ kienu ppreżentati bit-trofew ta’ Champions tal-Kampjonat BOV tal-ewwel diviżjoni tal-istaġun 2019/20.

Il-preżentazzjoni kienet ikkordinata mill-Malta Football Association bl-għajnuna tal-Club u saret fil-lokalita’ taż-Żejtun stess.

Preżenti l-players ta’ Żejtun FC, l-istaff tekniku u membri tal-kumitat immexxija mill-President Joe Gauci. Żejtun Corinthians staġun ieħor se jkunu qed jilagħbu fil-kampjonat BOV Premier.

Miktub minn...
TVM Sport
.