Żejtun jirbħu konfront dirett fin-naħa t’isfel tal-klassifika

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

ŻEJTUN CORINTHAINS….…3

TARXIEN RAINBOWS……….1

Wara 4 minuti logħob kross ta’ Darren Falzon, u t-tenattiv ta’ Vito Plut minn taħt il-lasta jiġi mblukkat mill-goalkeeper Cassar. Fit-23 minuta Żejtun marru fil-vantaġġ meta Kemar David Reid b’azzjoni personali qabeż diversi plejers u b’xutt fil-baxx għeleb lil Fernandes. Fil-31 minuta Vitor Veira javvanza lejn il-lasta ta’ Tarxien iżda xutt finali tiegħu spiċċat ftit barra. Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima ċans kbir għal Tarxien li jiksbu dro, xutt b’saħħtu ta Vito Plut jiġi salvat parzjalment minn Cassar il-ballun spiċċa għand Seekisambu li minn taħt il-lasta xxuttja għoli.

Fit-tieni taqsima Żejtun komplew jattakkaw u fis-57 minuta huma kisbu t-tieni gowl tagħhom meta Kemar Reid ikkrossja mil-lemin daħal Vitor Vieira li antiċipa lid-difiża ta’ Tarxien u tefa’ fix-xibka. Fis-67 minuta xutt fil-baxx ta’ Sergio Barbosa mid-distanza u Fernandes dawwar f’korner. Fit-78 minuta Tarxien naqqsu l-skor meta Zarata kompla lejn Plut dan ikkrossja tajjeb daħal is-sostitut Kyle Gatt li mil-viċin tefa l-ballun ġewwa. Fl-aħħar ħames minuti tal-logħba Tarxien kienu viċin id-dro meta xutt ta’ Seekisambu jaħbat mal-lasta u minuta wara Żejtun għalqu l-partita b’gowl ta’ Sergio Barbosa. 

Riżultat finali: Żejtun  3 v Tarxien R. 1

Referee : Andrea Sciriha.

BOV Plejer tal-partita: Vitor Vieira ( Żejtun)

Formazzjonijiet:

Żejtun C. C.Cassar, D.Albanese (G.Bugeja 55’), L.Moreira, A.Carabott (J.Suda 72’), K.D.Reid, D.Bonfim, C.Grech, S.Barbosa( D.Agius 89’), V.Vieira, N.Tabone, A.De Barros.

Tarxien R. D.Fernandes, .C.Conceicao, B.Muscat, E.B.Zarate, D.Zerafa, D.Falzon, V.Plut, J.Debono, E.Rosado, L.H.Ferreira (K.Gatt 77’), E.Ssekisambu.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.