Motorsport
Żewġ attivitajiet impenjattivi għall-klabb tal-Offroad – All Wheel Drive Club Malta

Żewġ weekends immpenjativ għal-aħħar għall-klabb tal-Offroad – All Wheel Drive Club Malta. Mifrux fuq jumejn, l-AWDC tella’ t-Trials weekend Challenge li fih ħadu sehem 23 kompetitur fi tliett klassijiet, fil-Barriera tal-Amier fl-Aħrax tal-Mellieħa.

Il-kompetizjoni kellha tlett klassijiet ta’ vetturi, dawk li jissejħu Standard fejn il-vettura ma jkollha l-ebda difflock (traction Aid). Din il-Klassi intrebħet is-Sibt mis-sewwieq b’Suzuki Leo Butler, fit-tieni post spiċċa Kyran Mascari.

Fil-klassi magħrufa Advanced, fejn wieħed jista’ jkollu difflock wieħed, is-sewwieq Larkin Butler, b’Suzuki, rebaħ il-kompetizjoni tas-Sibt, segwit minn James Cahia Debono bl-Landrover. Mentri il-Ħadd fl-ewwel post spiċċa Wayne Zarha segwit min Thomas Galea, li b’hekk irnexilu jikseb l-ewwel post overall għal din il-klassi.

Fit tielet klassi – dik imsejħa Open, il-kompetituri seta’ jkollhom żewġ difflocks, kif ukoll armar ieħor, is-Sibt filgħaxija ddomnina din il-klassi is-sewwieq Brandon Cassar, mentri il-Ħadd reba Clifton cauchi, li rebah ukoll l-overall għal din il-klassi.

Min-sewqan bil-mod, biex wieħed issuq iktar b’teknika u attenzjoni, fil-weekend li għadda, l-AWDC torganizzat l-iSpeed Endurance fil-barriera fil-Fawwara, fejn wieħed kontra il-ħin.

Għal din it-tellieqa ħadu sehem 8 kompetituri li b’kollox saqu 15 -il dawra tat-trakka imfassla għall-okkazjoni. Il-vetturi kollha huma mibnija għal dan it-tip ta’ sewqan, armati b’rollcage u magni ikbar. Fl-ewwel post temm Josmar Camilleri, li saq single seater offroader, u b-total ta’ hin ta’ 58minuta u 33sekonda, segwit minn Robert Caruana u Alan Zarha b’ħin ta’ siegha u 4minuti u 40 sekonda, mentri fit-tielet post sġiċċa Brandon Cassar flimkien ma’ Thomas Galea b’ħin ta’ siegħa u sitt minuti u 48 sekonda. Josmar Callimlleri irnexxielu ukoll jagħmel l-inqas ħin b’dawra ta’ tlett minuti, u 53 sekonda.

Fit 19 ta’ Mejju, AWDC se tella’ l-Winch Challenge, fejn il-kompetitturi irridu isuqu fl-inqas ħin u bl-inqas penali numru ta’ korsi diffiċli immens. Din-it telieqa miftuħa għal dawk il-vetturi li jkollhom Road Cage kif ukoll tal-inqas difflock u winch wieħed. Mnħabba d-diffikulta’ tal-korsa, il-kompetituri jridu jużaw il-winch biex jgħinhom jgħaddu t-trakka li jkollhom quddiemohom. Din se titella’ fil-Barriera tal-Armeer fl-Aħrax tal-Mellieħa u l-publiku huwa mistieden li jattendi.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Moto GP: Fil-Grand Prix ta’ Silverstone illum kien is-sewwieq fuq mutur Suzuki Alex Rins li għadda fl-aħħar metri liċ- Champion renjanti Marc Marquez sabiex rebaħ Grand Prix mill-isbaħ. Is-sewwieq Andrea…

Motorsport

Is-sewwieq mill-Estonja Ott Tanak rebaħ ir-Rally tal-Ġermanja sabiex għaqqad tliet suċċessi konsekuttivi bit-Toyota tiegħu. Is-sewwieq l-ieħor tat-team Toyota Kris Meeke tal-Irlanda ta’ Fuq u l-Finldandiż Jari-Matti Latvala spiċċaw fit-tieni u…

Motorsport

Is-Sibt 27 ta’ Lulju, fil-kumpless Badger Karting f’Ta Qali, il-Karting Club Malta organizza ir-raba’ rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting sponsorjat minn Bupa. Il-fuq minn għoxrin sewwieq ikkompetew f’dan l-avveniment li sar…

Aktar