Futbol lokali
FILMAT: Żewġ gowls stupendi jagħtu rebħa lil Floriana

FLORIANA ……2

SANTA LUCIA…. 1

Floriana rritornaw għar-rebħ wara żewġ draw konsekuttivi dan hekk kif huma għelbu lil Santa Lucia biex żammew it-tlett punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika.

Fil-ħdax il-minuta free kick ta’ Ante Rosero għadda jħakkek mal-mimduda. Biex fis-sbatax il-minuta għal darb’oħra Santa Lucia fuq l-attakk b’xutt fil-baxx ta’ Mendoza jkun salvat mill-gowlkeeper Akpan. L-ewwel attakk ta’ Floriana wasal fit-23 minuta hekk kif xutt b’saħħtu ta’ Paiber kien imblukkat mill-gowlkeeper Caruana.

Floriana bdew it-tieni taqsima aktar aggressivi fejn fit-48 minunta kellhom xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa ta’ Garcia li stampa mal-mimduda. Floriana fetħu l-iskor fis-56 minuta minn free kick dirett u angolati minn tarf il-kaxxa mogħti bi preċiżjoni minn Diego Venancio. Iżda appena tlett minuti huma rduppjaw minn gowl stupend ta’ Tiago Fonseca li b’xutt minn barra l-kaxxa sab ir-rokna tax-xibka. Fil-ħin mogħti żejjed Santa Lucia skurjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni mis-sostitut Adam Magri Overend.

Riżultat finali Floriana 2 Santa Lucia 1

Ikkontrolla din il-logħba r-referee Fyodor Zammit

Il-player ta’ Floriana Tiago Fonseca ġie vvutat bħala l-BOV Player tal-Logħba.

Formazzjonijiet:

FLORIANA FC – I. Akpan, E. Ruiz, D. Venancio, K. Keqi (A. Caseres), J. Arias Ulises (E. Herrera), B. Paiber (B. Sciberras), J. Pisani, M. Garcia, A. Cini, R. Camenzuli, T. Fonseca
SANTA LUCIA – R. Caruana, G. Bohrer Mentz, D. Mendoza, D. Segura, K. Ante Rosero, J. Walker (A. Magri Overend), F. Zuniga, J. Zerafa, C. Escobar, L. Galea (O.Elouni), R. Tachikawa (D. Agius)

REFEREE – Fyodor Zammit

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif il-ftuħ tal-istaġun tal-football 2020/21 bl-impenji tal-Clubs Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA riesaq iktar viċin, l-MFA fiċ-ċirkostanzi preżenti qed tħejji u tintensifika l-protokolli mediċi interni tagħha biex fl-eventwalita’ li l-Clubs Maltin…

Futbol lokali

Tmintax -il organizazzjoni mhux governattiva irċevew donazzjonijiet mill-Malta Football Association bħala parti mill-proġett ta’ Social responsibility : Football For Life programme. Dawk li rċevew id-donazzjonijiet kienu : Puttinu Cares, Dar…

Futbol lokali

Valletta kontra Birkirkara hija l-iktar logħba attraenti tal-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Premier tal-istaġun 2020/21 li se jibda fil-11 ta’ Settembru. Fl-ewwel ġurnata ċ-Champions renjanti Floriana jaffrontaw lil Gżira United. Dan…

Aktar