Ibburdjar General
Żewġ inizjattivi minn Yachting Malta

Yachting Malta irriaffermat l-appoġġ tagħha għat-tkabbir ta’ dan l-isport fl-isfera lokali b’żewġ inizjattivi.

L-inizjattivi tħabbru f’attività organizzata mir-Royal Malta Yacht Club fil-preżenza tal-ministru tat-turiżmu Konrad Mizzi.

Yachting Malta ppreżentat kontribuzzjoni finanzjarja lil diversi clubs Maltin tal-ibburdjar biex tgħinhom jieħdu sehem fil-Euromed International Regatta: avveniment organizzat kull sena mill-Malta Young Sailors Club fl-Għadira, f’Diċembru. Ir-regatta regolarment tħajjar ‘il fuq minn mitejn parteċipant minn aktar minn għoxrin pajjiż.

It-tieni inizjattiva hija mmirata għas-settur tas-super yachts: b’Yachting Malta tisponsorja s-sehem ta’ grupp ta’ negozji Maltin fil-Boat Show ta’ Cannes dax-xahar.

Il-Ministru Mizzi sejjaħ iż-żewġ inizjattivi, investiment li jassigura kemm taħriġ aktar professjonali għal baħħara żgħażagħ Maltin, kif ukoll opportunitajiet akbar għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Miktub minn...
Chris Cassar