Futbol internazzjonali
Żewġ partitarji mill-Korea t’Isfel jirbħu kumpens talli Ronaldo ma lagħabx f’Seoul fis-sajf li għadda

Żewġ partitarji mill-Korea t’Isfel li kienu fittxew legalment lill-organizzaturi tal-partita ta’ ħbiberija li lagħbu l-Juventus f’Seoul is-sena l-oħra, rebħu d-dritt għall-kumpens mill-Qorti tal-pajjiż.

Il-Qorti ta’ Incheon, f’Seoul, ordnat lil aġenzija li organizzat il-partita, The Fasta Inc, biex iħallsu 312-il dollaru kull wieħed liż-żewġ partitarji.

Il-Qorti kkonkludiet li Fasta Inc kienu rreklamaw il-partita u nqdew bl-immaġini ta’ Ronaldo biex jattiraw in-nies lejn l-istadium, iżda minflok, Ronaldo baqa’ bil-qiegħda partita sħiħa u ma lgħabx imqar minuta.

L-Avukat taż-żewġ persuni qal li għandu 87 każ ieħor ta’ klijenti oħra li se jkunu qed jiftħu proċeduri legali kontra l-organizzaturi.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-partiti li ntlagħbu fid-21.00 tal-lejla, Manchester United għalbu f’darhom lil Club Brugge bi skor ta’ 5-0 u kwalifikaw għar-rawnd li jmiss. Fernandes jiftaħ l-iskor għar-Red Devils u Ighalo rduppja fl-34…

Futbol internazzjonali

Bayern Leverkusen kwalifikati wara li rebħu wkoll fil-Portugall kontra Porto bi skor ta’ 3-1. Alario fetaħ l-iskor għal Bayern wara 10 minuti logħob. Demirbay irdoppja fil-50 minuta. Havertz għamilhom fis-57…

Futbol internazzjonali

David Beckham ammetta li Lionel Messi u Cristiano Ronaldo huma fil-mira tal-klabb tiegħu Inter-Miami hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-kampjonat tal-futbol fil-pajjiż. Seba’ snin wara li kien beda l-proċess…

Futbol internazzjonali

Il-partita li kellha tintlagħab illejla mit-tieni rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League ġiet posposta minħabba alert ta’ maltemp qawwi. Din l-aħbar ikkonfermata anki l-UEFA. Fl-ewwel rawnd, il-Ġermaniżi rebħu bi skor…

Aktar