Futbol lokali
Żewġ plejers ta’ Lija Athletic pożittivi għall-COVID-19

Il-Club tal-Premier Lija Athletic ikkonferma li żewġ plejers minn tiegħu għadhom kemm ġew infurmati li rriżultaw pożittivi għall-COVID-19.

TVM Sport jifhem li dawn huma żewġ plejers barranin u li jgħixu fl-istess akkomodazzjoni.

Il-Club mill-ewwel ħa l-prekawzjonijiet kollha u jista’ jkun li jitrasferixxi xi plejers barranin oħra li joqgħodu fil-viċinanzi temporanjament f’post alternattiv.

Lija jmisshom jilagħbu fil-kampjonat BOV Premier 2020/21 kontra Balzan nhar is-Sibt fit-3pm.

Kelliem għall-Club qal li diversi plejers u uffiċjali bħala prekawzjoni minn jeddhom qed jagħmlu swab test u ħafna minnhom qed jirċievu r-riżultati bħalissa.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.