Olimpijadi TOKYO 2020
Żewġ plejers tat-tim Nazzjonali tal-futbol tal-Afrika t’Isfel pożittivi għall-COVID-19 mal-wasla f’Tokyo

Hekk kif nhar il-Ġimgħa jibdew l-Olimpijadi ta’ Tokyo bdew jaslu aktar atleti fil-Belt Ġappuniża u beda jiżdied l-inkwiet għall-organiżaturi. Illum ħarġet l-aħbar li tliet membri tat-team tal-futbol tal-Afrika t’Isfel ittestjaw pożittivi għall-COVID-19 mal-wasla tagħhom f’Tokyo.

Minn dawn it-tliet individwi hemm żewġ players u membru tal-istaff tekniku. Dawn mill-ewwel ġew iżolati u tneħħilhom kull kuntatt fiżiku mal-kontinġent ta’ pajjiżhom. Il-kumplament tal-iskwadra tpoġġiet fi kwarantina u deċiżjoni jekk il-kumplament tal-player hux se jitħallew jitħarrġu se tittieħed iktar tard.

L-ewwel logħba tal-Afrika t’Isfel tkun nhar il-Ħamis kontra l-Ġappun lejliet iċ-ċerimonja inawgurali.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.