Futbol internazzjonali
Żieda ta’ 48% fit-telespettaturi għall-partiti tal-kampjonat Spanjol La Liga

Il-figuri tat-telespettaturi li segwew il-partiti tal-kampjonat Spanjol La Liga, żiedu b’aktar minn 48% fl-ewwel ġimgħa ta’ ritorn.

Din iċ-ċifra ħarġet biha La Liga stess.

Dawn kienu l-ewwel partiti minn wara waqfa ta’ tliet xhur minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

La Liga qalu li l-akbar ammont żieda ta’ telespettaturi minbarra Spanja kien fl-Afrika, b’żieda ta’ aktar minn 73%.

Fl-Asja, iż-żieda qabżet is-70% mentri fl-Ewropa iż-żieda qabżet b’56%.

Miktub minn...
TVM Sport