Futbol internazzjonali
Zinedine Zidane jgħid li se jagħmel id-deċiżjoni tiegħu għall-futur faċli ħafna għall-klabb

Il-kowċ ta’ Real Madrid, Zinedine Zidane, qal li se jkun qed jagħmel id-deċiżjoni dwar il-futur tiegħu faċli ħafna u li se jagħmel dak li jrid il-klabb.

Il-Franċiż, rebbieħ ta’ tliet UEFA Champions League u żewġ kampjonati ma’ Real Madrid, jista’ jitneħħa minn kowċ jekk Real Madrid itemmu l-istaġun mingħajr unur.

Real Madrid sfaw eliminati mill-Cope del Rey u mill-UEFA Champions League u ċ-ċans tar-rebħ tat-titlu mhux daqshekk faċli.

Real jilagħbu kontra Sevilla għada u rebħa tista’ ma tkunx biżżejjed għar-rebħ tat-titlu.

 

Miktub minn...
TVM Sport