Futbol internazzjonali
Zinedine Zidane mhux se jibqa’ kowċ ta’ Real Madrid

Il-Club Spanjol ta’ Real Madrid ħabbar li l-kowċ Franċiż Zinedine Zidane mhux se jibqa’ kowċ tat-team.

Dan kien konfermat illum waqt Konferenza Stampa li fiha l-istess Zidane ikkonferma li hu ddeċida li jixtieq avventura ġdida.

Din l-aħbar waslet ħamest ijiem biss wara li Real Madrid rebħu t-tielet Uefa Champions League konsekuttiva tagħhom.

Zidane qal li hu ħa din id-deċiżjoni għal ġid tat-team hekk kif jemmen li hemm bżonn kowċ ġdid sabiex idaħħal ideat u metodu ta’ logħob ġdid.

Miktub minn...
TVM Sport
.