Futbol internazzjonali
Zlatan Ibrahimovic se jkun il-mistieden speċjali fil-Festival ta’ San Remo

L-Eks internazzjonali Żvediż u plejer ta’ AC Milan Zlatan Ibrahimovic se jkun il-mistieden speċjali għal ġimgħa sħiħa waqt il-Festival ta’ San Remo ta’ din is-sena. Dan ikkonfermaħil-producer u preżentatur Amadeus li kkonferma li r-RAI wasal fi ftehim ma’ Ibrahimovic u ma’ Milan sabiex il-plejer ikun parti mit-team tal-Festival tal-kanzunetta taljana li jsir fit-teatru famuż Ariston.

Ibrahimovic jista’ jollu problema waħda hekk kif f’nofs il-ġimgħa ta’ San Remo 2021 Milan se jkollhom logħba tas-Serie A ‘home’ kontra Udinese. Amadeus qal li ntlaħaq ftehim sabiex Ibra jmur għal-logħba u jirritorna San Remo. Dwar it-taħriġ Amadeus qal li Ibra se jkun qed jittrenja waħdu fil-faċilitajiet tal-lukanda li se jkunu alloġjati fiha il-personalitajiet u l-kantanti.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.