Futbol lokali
Żmien impenjattiv taħt kowċ ġdid għat-Team Nazzjonali Malti tal-Futsal

It-Team Nazzjonali Malti tal-Futsal fil-jiem li ġejjin se jkun impenjat f’żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Bulgarija, logħbiet fl-iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke nhar il-Ħadd u t-Tnejn li ġej fis-7pm, bi preparazzjoni għall-Kampjonat tal-Futsal tal-UEFA u Grupp Ċ ta’ Kwalifikazzjoni li se jkun qed jintlgħab f’Malta stess fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.

It-team immexxi mill-kowċ il-ġdid Zeljko Anicic ilu għal dawn l-aħħar jiem għaddej bil-preparamenti ntensivi tiegħu hekk kif l-iskwadra proviżorja ta’ tmintax-il player trid tinżel għal dik finali ta’ erbatax, probabbli nhar it-Tlieta, wara ż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Bulgarija.

Il-grupp ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA f’Malta bejn l-Erbgħa disgħa u għoxrin ta’ Jannar u s-Sibt l-ewwel ta’ Frar se jara lit-Team Malti jaffronta avversarji diffiċli bil-Polonja, l-Iżvezja u l-Greċja l-komponenti l-oħra f’dan l-avveniment kbir u li għalih għaddejja preparazzjoni kbira.

Fl-iskwadra proviżorja ta’ tmintax-il player insibu tmien players ta’ Luxol, erbgħa ta’ Valletta, tliet players kull wieħed mit-tim tal-Universita u Swieqi.

Goalkeepers – Clint Mifsud (Luxol St Andrews Futsal), Stefan Vella (Luxol St Andrews Futsal), Brandon Debono (Valletta Futsal).

Difensuri – Marrwan Telisi (Luxol St Andrews Futsal), Giancarlo Sammut (Luxol St Andrews Futsal), Jovica Milijic (Valletta Futsal), Melvin Borg (University of Malta), Dylan Musu (University of Malta), Karl Sciortino (University of Malta).

Attakkanti – Carl Azzopardi (Luxol St Andrews Futsal), Andy Mangion (Luxol St Andrews Futsal), Andrè Ciancio (Valletta Futsal), George Frendo (Valletta Futsal), Firaz Aboulezz (Swieqi Futsal), Aaron Montebello (Swieqi Futsal), Aiden Micallef (Luxol St Andrews Futsal), Armando Gjepali (Swieqi Futsal), Mark Zammit (Luxol St Andrews Futsal).

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Telfa ta’ 4-0 għat-team nazzjonali Malti tal-football tat-tfajliet taħt is-16-il sena mal-Iskozja fl-ewwel partita f’development tournament tal-UEFA li qed jintlagħab hawn Malta stess. It-tfajliet Maltin qasmu l-logħob mal-avversarji fl-ewwel taqsima…

Futbol lokali

L-ex player internazzjonali Malti Noel Turner irritorna ma’ Sliema Wanderers bħala assistant kowċ, jassisti lit-Taljan Andrea Pisanu. Turner għadu ġej minn esperjenza mal-MFA fl-irwol doppju tiegħu fl-aħħar snin bħala kowċ…

Futbol lokali

Bejn il-ġimgħa u s-Sibt MD19 tal-Kampjonat BOV Premier, il-ġimgħa tliet logħbiet, fis-sebgħa fil-Hibernians Stadium Floriana kontra Tarxien Rainbows, fl-Istadium Nazzjonali fis-sitta Sirens kontra Sliema Wanderers, warajha l-partitissima ta’ tmiem il-ġimgħa…

Futbol lokali

Il-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association issospenda partita lil erba’ plejers mill-Kampjonat BOV Premier. Il-plejers huma Leandro De Silveira ta’ Hibernians; Rafael Morisco ta’ Mosta; Emanuel Okoye ta’ Sirens u Matthew…

Aktar