Futsal
Zurrieq FC futsal jirbħu l-ewwel unur TGS Malta Fair Play Award

Zurrieq FC futsal rebħu l-ewwel unur TGS Malta Fair Play Award għall-perjodu ta’ bejn Jannar u April ta’ din is-sena.

Il-ġest ta’ Zurrieq FC Futsal seħħ waqt logħba tal-kampjonat tal-futsal lokali fit-23 ta’ Jannar 2021 kontra St. George’s, wara li ħallew lill-avversarji jiskurjaw biex jikkompensaw għall-gowl li skorjaw huma waqt li plejer ta’ St. George’s kien imweġġa’ fil-court.

Zurrieq FC Futsal intgħażlu biex jingħataw dan l-unur mill-Malta Fair Play Movement u mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ Together Gaming Solutions.

 

Miktub minn...
TVM Sport