Futbol internazzjonali
Żvelata identità ġdida għat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2023

Il-FIFA żvelat identità ġdida għat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li ser issir fl-Awstralja u New Zealand sentejn oħra. Fl-identità l-ġdida hemm inkorporat viżwal ġdid vibranti li jispira lin-nies madwar id-dinja bis-saħħa tal-futbol tan-nisa.

L-emblema użata tinkorpora xenarju vibranti u kuluri sbieħ taż-żewġ pajjiżi ospiti, ibbażati fuq muntanji, bliet, foresti u ilma. B’kollox hemm 32 kaxxa li jissimbolizzaw it-tnejn u tletin pajjiż li ser ikunu qed jikkompetu f’din l-ewwel edizzjoni estiża. Il-motiv jissimbolizza l-aqwa timijiet li ser jingħaqdu flimkien, bl-addizzjoni tal-ispirtu u l-valuri tal-pajjiżi ospiti, bil-futbol ikun iċ-ċentru ta’ kollox.

L-identità l-ġdida tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa dehret waqt programm televiżiv dirett li fih ħadu sehem l-uffiċjal ta’ New Zealand Sarai Bareman, l-attakkanta Awstraljana Kyah Simon u l-attakkanta ta’ New Zealand Hannah Wilkinson.

It-Tazza tad-Dinja tan-Nisa ser issir bejn l-20 ta’ Lulju u l-20 t’Awwissu 2023. Din hija l-ewwel darba li t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa ser tkun ospitata minn żewġ pajjiżi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA