Żwiemel
Żwiemel: Is-sewwieq Anton Cassar f’parteċipazzjoni fir-Russja

Għada s-Sibt is-sewwieq żagħżugħ Anton Cassar se jkun qed jikkompeti fit-tielet tappa tal-kampjonat tal-Mediterran u l-pajjiżi Balkani fil-korsa ta’ Akbuzat fir-Russja. Din l-istess korsa li ġiet inawgurata fl-1982 hi waħda ferm prestiġġjuża u se tkun qed tospita dan l-avveniment tant importanti.

Cassar għandu 26 sena u ilu jikkompeti fit-tiġrijiet taż-żwiemel sa mill-eta’ ta’ 17-il sena. Hu rebaħ il-kampjonat ta’ taħt il-25 sena kif ukoll it-tazza l-kbira. Għalih din hi l-ewwel parteċipazzjoni barra minn xtutna.

 

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'