Żwiemel
Żwiemel – It-Tlieta festa pubblika t-tieni edizzjoni tal-Kampjonat Executive Security riservat għall-klassi Silver

Nhar it-Tlieta festa pubblika ssir il-Finali tat-tieni edizzjoni tal-Kampjonat Executive Security riservat għall-klassi Silver.

It-tnax il-finalist kellhom triq twila biex waslu s’hawn peress li dovut għan-numru kbir ta’ żwiemel li jiġru f’din il-kategorija dan huwa l-itwal kampjonat.

Fl-aħħar jiem saru magħrufa t-tnax li tagħhom ttellgħu n-numri tat-tluq wara l-karozza.

Jassistu għal dan it-tlugħ kien hemm is-sidien taż-żwiemel finalisti li ġew ukoll indirizzati mill-viċi Chairman tal-Malta Racing Club u EquestriMalta Edwin Borg kif ukoll id-Direttur tal-Kumpanija Executive Security Stephen Ciangura.

It-tiġrija se tkun is-seba’ waħda tal-programm fid-9:15 ta’ filgħaxija.

Miktub minn...
Rodney Vassallo