112

Kulħadd jaf għalxiex jintuża 112? X’għandna nagħmlu fil-każ ta’ aċċident żgħir? U kif għandna niddeskrivu aċċident meta nċemplu 112? X’inhi d-differenza bejn x’għandna nagħmlu fil-każ ta’ aċċident żgħir u fil-każ ta’ aċċident kbir? Bl-għajnuna tal-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u anke l-Isptar Mater Dei, diversi speċjalisti se jiggwidaw lit-telespettaturi kif taħdem il-helpline 112 u dwar x’għandna nagħmlu f’każ ta’ aċċidenti u dwar first aid.

Kull programm se jinkludi rappreżentazzjoni ta’ aċċident sabiex it-telespettaturi jkollhom idea ċara ta’ x’għandhom jagħmlu f’aċċidenti bħal dawn. Din is-sensiela għandha produzzjoni ta’ Flash Productions.

Episode #27

Fis-27 programm ta’ 112 ser naraw kif in-nies speċjalment l-anzjani għandhom jevitaw milli joħorġu f’dawn il-ġranet xitwin, u x’għandu jagħmel persuna jekk jaqa f’dan il-maltemp. U jekk tkun għaddeja fit-triq u tiltaqgħa ma’ persuna mal-art, kif għandek tispjega lil numru tal-emerġenza?

Ixxandar: 1 t'April 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -78 ġurnata
5 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN