Aħbar tajba

Dal-programm irrekordjat twil 8 minuti huwa maħsub għal dawk in-nies li għal xi raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jattendu l-Quddiesa tal-Ħadd, jew għal dawk ukoll li jixtiequ jisimgħu omelija qasira għal-Liturġija tal-istess Quddiesa.

Waqt il-programm, sekular, soru jew saċerdot se jidhru jitkellmu f’postijiet differenti minn ġimgħa għall-oħra, minn fejn se jispjegaw l-Evanġelju u kif wieħed jista’ jipprattika dan it-tagħlim fil-ħajja ta’ kuljum. Il-qari se jkun irreġistrat u mżewwaq bil-viżwali.

Niġu infurmati wkoll dwar l-attivitajiet li se jkunu qed isiru fil-parroċċa, jew informazzjoni oħra relatata mal-post/knisja li nkunu qed niġbdu l-filmati fiha.

Episode #29

Fr Louis Mallia ukoll ser jagħmel l-ispjega tal-Evanġelju li jinqara fil-Knejjes is-Sibt fil-għaxija u l-Ħadd. San Gwann 20, Versi 1-9 qed jirrakkonta meta Marija ta’ Magdala marret ħdejn il-qabar fl-ewwel jum tal-ġimgha (skont il-kalendarju Lhudi-Il-Ħadd) u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Marret tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesu. Dawn marru ħdejn il-qabar u raw li l-faxex tal-għażel imqiegħda fuq il-qabar u l-maktur li kien madwar ras Ġesu, ma kienx mal-faxex, imma mitwi u mqiegħed f’post għaliġ. Ħemmhekk raw u emmnu. Emmnu dak li kien hemm miktub fl-iskrittura li tgħid “li kellu jqum mill-imwiet”. Għaliex għal Knisja Kattolika l-Għid hija l-akbar festa tal-Knisja.? Din il-festa għandha tgħaddi bħal festi l-oħra li niċċelebraw, jew għandha tkun ta’ bidla għalina f’dak li ngħamlu u nemmnu? Produzzjoni eżekuttiva ta’ Cpi Media, direzzjoni ta’ Marthese Brincat.

Ixxandar: 20 t'April 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 25 ġurnata
15 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN