Aħbar tajba

Dal-programm irrekordjat twil 8 minuti huwa maħsub għal dawk in-nies li għal xi raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jattendu l-Quddiesa tal-Ħadd, jew għal dawk ukoll li jixtiequ jisimgħu omelija qasira għal-Liturġija tal-istess Quddiesa.

Waqt il-programm, sekular, soru jew saċerdot se jidhru jitkellmu f’postijiet differenti minn ġimgħa għall-oħra, minn fejn se jispjegaw l-Evanġelju u kif wieħed jista’ jipprattika dan it-tagħlim fil-ħajja ta’ kuljum. Il-qari se jkun irreġistrat u mżewwaq bil-viżwali.

Niġu infurmati wkoll dwar l-attivitajiet li se jkunu qed isiru fil-parroċċa, jew informazzjoni oħra relatata mal-post/knisja li nkunu qed niġbdu l-filmati fiha.

Episode #26

Sister Natalie Abela soru tal-Karita, ser tispjega b’mod verament sabiħ u differenti l-istorja jew parabbola li Ġesu qal lil Pubblikani u l-midinbin, l-istorja tal-iben il-Ħali. L-Evanġelju huwa tar-4 Ħadd tar-Randan.

Min huma l-portagonisti ta’ din l-istorja? Il-missier, l-iben li ħa l-wirt tiegħu u telaq biex meta spiċċalu kollox reġa’ lura għand il-missier, l-iben il-kbir li ħadha bi kbira li missierhu laqa’ lil ħuħ iż-żgħir?

X’nistgħu nitgħallmu minn din ? AĦBAR TAJBA ser iwieġeb dan kollu u aktar fl-edizzjoni ta’ nhar is-Sibt u l-Ħadd. Produzzjoni eżekuttiva ta’ Cpi Media, direzzjoni ta ‘ Fr Louis Mallia mssp.

Ixxandar: 30 ta' Marzu 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -23 ġurnata
15 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN